Talba għal Skedar mill-Ġdid ta' l-Appuntament fl-Isptar

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Servizz ġdid ġie introdott li bih Ċittadin Malti jew barrani li jkollu appuntament ma’ tabib mediku, wara li jkun ġie riferut lil Mater Dei mit-tabib, jista’ jirranġa l-appuntament tiegħu jekk il-persuna ma tkunx disponibbli dakinhar jew waqt il-ħin speċifikat fuq l-appuntament oriġinali. Dan is-servizz inaqqas il-ħtieġa li tipprova tikkuntattja sezzjonijiet differenti fl-isptar u barra min hekk wieħed jista' jissottometti l-formola fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata.

X’ser​ tingħata

Appuntament Gdid

Eliġibbiltà​​

Ċittadini Maltin jew barranin li jkollhom appuntament ma’ tabib mediku, wara li jkunu ġew riferuti lil Mater Dei mit-tabib

Kif tapplika​

Wieħed jista’ jirranġa l-appuntament tiegħu onlajn. Il-ħin approssimattiv biex timla l-formola onlajn għandu jieħu madwar ħames (5) minuti. Mas-sottomissjoni, l-applikant għandu jirċievi email ta’ rikonoxximent iġġenerata mis-sistema. It-talba tiġi rreġistrata u l-Uffiċċju tal-Prenotazzjoni jieħu madwar tliet (3) ijiem ta’ xogħol biex jerġa’ jippjana appuntament ieħor. La darba tkun ġiet stabbilita data u ħin ġdid, tintbagħat email awtomatika lill-pazjent biex tinfurmah dwar l-appuntament il-ġdid. Id-dettalji tal-appuntament il-ġdid jintbagħtu wkoll bil-posta fuq l-indirizz speċifikat waqt il-mili tat-talba. L-Uffiċċju tal-Prenotazzjoni għandu benchmark intern ta’ erbatax (14) il- gurnata ta’ xogħol bejn id-data tal-irċevuta tal-applikazzjoni u d-data sa meta l-appuntament jiġi skedat mill-ġdid u l-ittra bl-appuntament il-ġdid tintbgħat lir-riċevitur intenzjonat.

Dejta personali użata biex tkun tista’ tbiddel l-appuntament huma l-Karta tal-Identità / Permess ta’ Residenza / Numru tal-Isptar, Isem u Kunjom, Indirizz tal-Email, Numru ta’ Referenza tal-Appuntament, Data u Ħin Kurrenti tal-Appuntament, Klinika Kurrenti, Tip ta’ Appuntament, Raġuni ta’ Postponiment. Id-dokumenti li ġejjin huma meħtieġa li jiġu mehmuża: Ittra tal-Appuntament Kurrenti, Prova ta' Identità, u Biljett ta' Referenza (jekk huwa każ ġdid).

Kronoloġija

Sottomissjoni ta' l-Applikazzjoni

Ipproċessar ta 'Applikazzjoni

3 ijiem

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika