Ħarsa ġenerali
Is-sistema tal-kustodja hija relazzjoni legali bejn persuna li għandha diżabilità jew diżordni mentali u persuna oħra msejħa l-Kustodju. L-iskop tal-Kustodju hu li jipprovdi appoġġ lill-persuna fl-immaniġġjar tal-affarijiet tagħha stess u li tiffavorixxi d-drittijiet u l-aħjar interessi tagħha.
X’ser tingħata
Il-Kustodju huwa persuna maħtura mill-Bord dwar il-Kustodja biex tmexxi l-affarijiet ta' persuna oħra li mhix kapaċi tmexxi l-affarijiet tagħha minħabba diżabilità jew diżordni mentali. Il-Kustodja tista’ tingħata l-awtorità biex timmaniġġja kwistjonijiet personali u/jew finanzjarji. Jista' jkun hemm iktar minn Kustodju wieħed li tirrappreżenta persuna.
Il-Kustodji, li jistgħu jkunu membri tal-familja jew ħbieb tal-qalb, jgħinu lin-nies fit-teħid ta' deċiżjonijiet personali, tal-istil ta' ħajja, finanzjarji u relatati mas-saħħa u jistgħu jaġixxu f'isem il-persuna sabiex jitħarsu l-interessi tagħhom. Ordnijiet għall-Kustodja jispeċifikaw l-oqsma li fihom il-Kustodja tista' tieħu deċiżjonijiet."
Eliġibbiltà
• Kustodju maħtur legalment għandu jkollu mill-inqas 18-il sena
• Għandu jkun residenti f'Malta
• Ikollu kunsens biex jaġixxi bħala l-Kustodju tal-persuna li dwarha tkun qed issir l-applikazzjoni
• Ikun ippreparat biex jaġixxi fl-aħjar interessi tal-persuna f'kull ħin u tinkoraġġixxi l-indipendenza, teħid ta' deċiżjonijiet personali u l-parteċipazzjoni fil-ħajja tal-komunità
• M’għandhux ikun f’pożizzjoni fejn l-interessi tiegħu stess ikun f’kunflitt tal-aħjar interessi tal-persuna rappreżentata
Dokumentazzjoni meħtieġa:
• Kopji tal-Karti tal-Identità tal-persuna li se tkun soġġetta għall-kustodja u tal-persuna/i li qed tapplika/japplikaw għall-Kustodja
• Ċertifikat tat-twelid tal-persuna li se tkun soġġetta għal din l-applikazzjoni
• Ċertifikat tal-kondotta tal-persuna/i li qed tapplika/japplikaw għall-Kustodja
• Rapport Mediku tal-persuna li se tkun soġġetta għall-kustodja. Tista' taċċessa kopja tar-Rapport Mediku billi tagħfas hawn.
• Dikjarazzjoni tal-assi mobbli u immobbli tal-persuna li se tkun soġġetta għall-kustodja ffirmata u datata mill-applikant
• Dikjarazzjoni tad-dħul, responsabbiltajiet finanzjarji u dejn tal-persuna li se tkun soġġetta għall-kustodja ffirmata u datata mill-applikant.
Kif tapplika
Ipprintja u imla l-applikazzjoni u ibgħatha lir:
Reġistratur tal-Bord dwar il-Kustodja
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
Triq il-Kummerċ,
Birkirkara
CBD 3010
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
Xahar