Sussidju fuq Xogħolijiet relatati ma' Strutturi Perikolużi fi Proprjetà Privata

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-għan ta’ din l-iskema huwa biex tipprovdi sussidju biex tgħin ċerti inkwilini/ċenswalisti jeliminaw strutturi perikoluzi fir-residenza tagħhom mikrija jew mogħtija lilhom b’ ċens mill-privat qabel l-1 ta’ Ġunju 1995.

X’ser​ tingħata

L-għajnuna ta’ flus għal xogħlijiet taħt din l-iskema ma għandhiex teċċedi lispiza totali u raġonevoli tax-xogħlijiet li għandhom isiru bl-approvazzjoni tal-Awtorità u f’kull każ ma għandhiex teċċedi s-somma ta’ €10,000.

Kull pagament isir wara li l-applikanti jagħmlu huma stess x-xogħol kollu u jkunu preżentati riċevuti fiskali tax-xogħol li sar. Il-pagament jingħata lill-applikanti fil-preżenza tal-kuntrattur li jkun għamel ix-xogħol.

Eliġibbiltà​​

Għat-Termini u Kundizzjonijiet tal-Iskema, agħfas hawn

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

3 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

10 ijiem

Provvista tas-Servizz

6 xhur

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika