Ħarsa ġenerali
Din il-formola tintuża minn persuni li jridu jagħmlu talba għal maħfra ta’ imgħax u penali fuq bilanċi tal-Income Tax u VAT.
X’ser tingħata
Jekk it-talba tiġi aċċettata jingħata tnaqqis fl-imgħax u / jew penali wara ftehim li jsir mal-Uffiċju tal-Kummissarju tat-Taxxa u għad-Dwana.
Eliġibbiltà
Persuni li għandhom bilanċ dovut li jinkludi:
Penali u / jew imgħax sa perjodi ta’ VAT li għandhom data tal-għeluq sal-15 ta’ Diċembru 2019.
Imgħax rigward Income Tax sa sena ta’ stima 2020.
Penali rigward Income Tax.
Kif tapplika
Jekk trid tapplika għal maħfra kemm għall-Income Tax kif ukoll għal VAT trid tissottometti żewġ applikazzjonijiet separati. Għall-Income Tax int ġentilment mitlub tindika jekk it-talba hijiex għall-imgħax, penali għax sottomessa tard, penali oħra, jew kollha.
Huwa importanti li fl-applikazzjoni tkun elenkata raġuni valida u li jkunu ġew sottomessi d-denunzji kollha tal-VAT u tat-Taxxa.
Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika tista tikkuntattja lill-customer care fuq 153 għaċ-ċittadini jew 144 għan-negozji jew e-mail [email protected] .
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Stennija għar-risposta tal-applikant
20 jum
Approvazzjoni / Rifjut tal-applikazzjoni
20 jum