Ħarsa ġenerali
Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) tipprovdi servizzi ta’ ħarsien tat-tfal f’diversi ċentri madwar Malta. Iċ-ċentri kollha tal-FES huma rreġistrati mad-Dipartment tal- Quality Standards in Education u jsegwu l-iStandards Nazzjonali għall-Faċilitajiet ta’ Ħarsien tat-Tfal (2006).
X’ser tingħata
Dawn iċ-ċentri joffru servizz personalizzat ta’ ħarsien għal tfal sa tliet snin. Il-programm jiffoka fuq diversi aspetti relatati mal-iżvilupp tat-tfal (soċjali, emozzjonali, fiżiku, intellettwali, komunikazzjoni u kreattività). Il-programmi jkunu bilanċjati u joffru firxa wiesgħa ta’ attivitajiet li jservu bħala mezz kif it-tfal jitgħallmu f’ambjent sikur.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha, u ħudha fiċ-ċentru ta' kura tat-tfal preferut tiegħek.
Biex tara l-lista ta' ċentri ta' kura tat-tfal, agħfas hawn .
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata