Ħarsa ġenerali
Permezz ta’ din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar tirċievi offerti mingħand sidien ta’ proprjetà residenzjali vakanti biex jikruha lill-Awtorità tad-Djar għall-iskop ta’ akkomodazzjoni soċjali.
X’ser tingħata
Is-sid se jirċievi l-ħlas tal-kera bil-quddiem kull sitt xhur.
Żieda ta' 2% fil-kera annwali
żenzjoni mit-Taxxa fuq il-Proprjetà
Żieda ta' 2% fil-kera annwali
żenzjoni mit-Taxxa fuq il-Proprjetà
Eliġibbiltà
Il-proprjetà għandha tkun disponibbli għal mill-inqas 10 snin u trid tkun f’kundizzjoni tajba għall-abitazzjoni. Il-proprjetà trid tinkludi kċina b’apparat funzjonali. L-Awtorità se tikkunsidra wkoll proprjetajiet li huma fi stat ta’ gebel u saqaf jew fuq il-pjanti, bil-kundizzjoni li għandhom permess ta’ bini u li jkunu kompluti kif stipulat fil-klawsola 5.3.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Applikazzjoni qed tiġi vvetjata
7 ijiem
Applikazzjoni qed tiġi pproċessata
15 - il jum
Applikazzjoni Lesta
15 - il jum